It-Tennisti Maltin Matthew Asciak u Omar Sudzuka qed ikomplu jagħtu prestazzjoni ferm tajba, bl-istess Asciak il-Ġimgħa filgħodu jkun rebbieħ fis-singles kontra Vital Flurin Leuch bi skor ta’ 7-6, 6-1.
Għalkemm aktar tard wara nofsinhar Asciak/Sudzuka tilfu d-doubles kontra Timo Kranz/Vital Flurin Leuch bi skor ta’ 6-3, 4-6, u 4-6, Malta tinstab fl-ewwel post fil-grupp tagħha, biex b’hekk għada tilgħab play off kontra l-Montenegro għal promotion għal Group II.
Dan ir-rizultat huwa storiku u ferm importanti għal Malta peress li issa Malta tpoġġiet fil-quċċata tal-klassifika tal-grupp, u għalhekk mistennija tilgħab play off għal promozzjoni tad-divizzjoni għal Grupp II, xi ħaġa li ila snin ma’ seħħ fl-istorja Maltija tat-tennis.
Asciak u Sudzuka, id-duo li huma wkoll in-numru wieħed fir-rankings tad-doubles ta’ Malta, flimkien mal-kumplament tat-tim Malti kompost ukoll mill-players Denzil Agius u Matthew Cassar Torriegiani aktar kmieni din il-ġimgħa taw prestazzjoni spettakolari meta rebħu lill-Kosovo 3-0, filwaqt li lbierah l-istess Sudzuka u Asciak taw kompetizzjoni iebsa lill-avversarji tal-Moldova, il-pajjiż bid-seeding numru wiehed, hawn Malta terġa toħroġ rebbieħa bi skor ta’ 2-1.
//= $special ?>