Disa’ djakni ċċelebraw l-Ordinazzjoni Presbiterali fil-Konkatidral ta’ San Ġwann. Din iċ-ċelebrazzjoni ġiet iċċelebrata mill-Arċisqof Charles J. Scicluna.
Is-saċerdoti ġodda huma Fra Alan Joseph Adami tal-Ordni tal-Predikaturi, Fra Jethro Bajada tal-Ordni tal-Aħwa Minuri Kapuċċini, Ir-Reverendu Anton D’Amato mill-Parroċċa ta’ Santa Katerina Verġni u Martri, iż-Żurrieq, Rev. Bernard Micallef mill-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Tarxien, Rev. Kenneth Micallef, Salesjan ta’ Dun Bosco, Fra Kurt Mizzi tal-Ordni Karmelitan, Fra Elmar Pace tal-Ordni tal-Aħwa Minuri Kapuċċini, Rev. Giovann Tabone tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl u Rev. Alex Zammit tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl.
L-Arċisqof Scicluna qal lil dawn is-saċerdoti ġodda li huma għandhom ikunu xandara tal-fidi u tar-rebha fuq id-dnub.
Huwa qalilhom ukoll sabiex ‘jimxu fis-dawl tal-Mulej’ sabiex jidnaddfu mid-dnub. Intant huwa saħaq ukoll li huma għandhom dejjem jiftakru li huma tal-Mulej u saċerdoti ta’ Alla filwaqt li huma qaddejja ta’ kull bniedem.
L-Arcisqof għalaq billi talab għall-vokazzjonijiet fil-Knisja, għas saċerdozju u l-vokazzjonijiet femminili. Talab ukoll għal vokazzjoni taż-żwieġ.
//= $special ?>