Internazzjonali

Persuni jmutu fi protesta mal-fruntiera ta’ bejn l-Iżrael u l-Palestina

Ritratt: Al Jazeera

Madwar għoxrin elf persuna Palestinjana komplew bil-protesti tagħhom matul il-ġurnata, b’talbiet biex r-refuġjati u d-dixxendenti tagħhom jitħallew imorru lura lejn l-artijiet tagħhom fl-Iżrael.

Madanakollu, din il-protesta li ilha għaddejja ġimgħa sħiħa, ħalliet 27 persuna Palestinjana mejta u eluf oħra midruba wara li l-forzi Iżraeliti fetħu n-nar fuq il-folla.

Fost dawk li tilfu ħajjithom, hemm l-ġurnalist Yasser Murtaga u żewġ subien ta’ 16 u 17-il sena, bil-Ministeru tas-saħħa minn Gaza jirrapporta li aktar minn 400 persuna rrikorrew fl-isptarijiet u ċ-ċentri mediċi għall-għajnuna.

F’episodju minnhom, numru ta’ żgħażagħ Palestinjani marru ħdejn il-fruntiera ta’ bejn l-Israel u l-Palestina jwaddbu l-ġebel, filwaqt li l-forzi Iżraeliti rrispondew bil-gas tad-dmugħ. F’dan l-episodju partikolari hu rrappurtat li tal-inqas 48 tifel u tifla sfaw midruba.