Lokali

Raġel armat b’mus jaħrab wara serqa li falliet

Il-Pulizija arrestat raġel li iktar kmieni dalgħodu pprova jisraq minn ħanut tal-merċa li jinsab fi Triq Bormla, f’Raħal Ġdid.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-għaxra, meta r-raġel armat b’mus avviċina lil impjegat tal-ħanut, żagħżugħ li għandu 19-il sena, u ordnalu biex jgħaddilu l-flus.

Madankollu, għal xi raġuni r-raġel ħarab mill-post b’idu f’idu. Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija jkomplu.