Jessica Micallef, it-tfajla ta’ 22 sena li tilfet ħajjitha traġikament nhar id-19 ta’ Marzu f’incident bil-karozza fl-Imġarr, wara aktar minn tliet snin ta’ servizz fis-St John Rescue Corps, ingħatat rikonoxximent għal ħidma tagħha.
Il-familjari ta’ Jessica attendew għall-attivita’ organizzata mis-St John Rescue Corps fejn hemmhekk ingħatat tislima xierqa lil din il-voluntiera minn kollegi u ħbieb. Kienet omm Jessica stess, Doris Micallef, li riedet taqsam ma’ kulħadd l-imħabba li kellha din il-voluntiera għax-xogħol tagħha fis-St John’s Rescue Corp.
Omm Jessica, qalet li din l-attivita’ kienet emozzjonanti ħafna għalihom. Tkellmet ukoll iz-zija ta’ Jessica – li rrakkuntat kif nibtet l-imħabba lejn il-volontarjat wara li hi stess kienet ilha tmur voluntiera mas-St John Rescue Corps.
Iżda f’din l-attivita’, ingħataw premji diversi voluntiera li ddistingwew ruħhom – fosthom Edward Midolo – li ngħata l-ġieħ wara approvazzjoni mir-Reġina Eliżabetta II. Fiċ-ċerimonja ta’ rikonoxximent, numru ta’ voluntiera ngħataw ċertifikati talli ddistingwew ruħhom. 11-il voluntier ingħataw ċ-ċetifikat tal-Ewwel Għajnuna, 6 voluntiera għal Basic Fire Awareness, 5 ċertifikati għal Fire Fighting Foundation, ċertifikat għal Bronze Aware for Water Lifesaving u 5 ċertifikati Silver Award għal Water Lifesaving. Matul iċ-ċerimonja ġew maħtura wkoll numru ta’ karigi ġodda.
Flimkien man-numru kbir ta’ voluntiera li ġew rikonoxxti għall-ħidma tagħhhom – f’din l-attivita’ ġiet osservata minuta ta’ silenzju għal Jessica Micallef, akkumpanjata minn għajta u ċapċip.
Dawk li jixtiequ jingħaqdu mas-St John Rescue Corps, se jinfetħu l-applikazzjonijiet għal dawk li jixtiequ jieħdu l-kors ta’ salvataġġ fil-marittimu. Dawk interessati jistgħu jibgħatu email fuq: join@sjrcmalta.org.
Ritratti: Matthew Tabone
Filmat: Noel Zammit
Muntaġġ: Matthias Brancaleone
Aħbarijiet relatati:
FILMAT: Tfajla ta’ 22 tmut wara li toħroġ f’salt mill-karozza
//= $special ?>Voluntiera li jagħtu qalbhom biex isalvaw lill-ħaddieħor – St John Rescue Corps