Lokali

Rikonoxximent lil Jessica Micallef – it-tfajla li mietet f’inċident tat-traffiku fl-Imġarr

Omm Jessica tistqarr li l-volontarjat fis-St John Rescue Corps kien ifisser ħafna għaliha

Jessica Micallef, it-tfajla ta’ 22 sena  li tilfet ħajjitha traġikament nhar id-19 ta’ Marzu f’incident bil-karozza fl-Imġarr, wara aktar minn tliet snin ta’ servizz fis-St John Rescue Corps, ingħatat rikonoxximent għal ħidma tagħha.

Il-familjari ta’ Jessica attendew għall-attivita’ organizzata mis-St John Rescue Corps fejn hemmhekk ingħatat tislima xierqa lil din il-voluntiera minn kollegi u ħbieb. Kienet omm Jessica stess, Doris Micallef, li riedet taqsam ma’ kulħadd l-imħabba li kellha din il-voluntiera għax-xogħol tagħha fis-St John’s Rescue Corp.

Omm Jessica, qalet li din l-attivita’ kienet emozzjonanti ħafna għalihom. Tkellmet ukoll iz-zija ta’ Jessica – li rrakkuntat kif nibtet l-imħabba lejn il-volontarjat wara li hi stess kienet ilha tmur voluntiera mas-St John Rescue Corps.

Jessica Micallef – it-tfajla li tilfet ħajjitha traġikament fl-Imġarr, kienet voluntiera ma’ St John Rescue Corps

Iżda f’din l-attivita’, ingħataw premji diversi voluntiera li ddistingwew ruħhom – fosthom Edward Midolo – li ngħata l-ġieħ wara approvazzjoni mir-Reġina Eliżabetta II. Fiċ-ċerimonja ta’ rikonoxximent, numru ta’ voluntiera ngħataw ċertifikati talli ddistingwew ruħhom. 11-il voluntier ingħataw ċ-ċetifikat tal-Ewwel Għajnuna, 6 voluntiera għal Basic Fire Awareness, 5 ċertifikati għal Fire Fighting Foundation, ċertifikat għal Bronze Aware for Water Lifesaving u 5 ċertifikati Silver Award għal Water Lifesaving.  Matul iċ-ċerimonja ġew maħtura wkoll numru ta’ karigi ġodda.

Flimkien man-numru kbir ta’ voluntiera li ġew rikonoxxti għall-ħidma tagħhhom – f’din l-attivita’ ġiet osservata minuta ta’ silenzju għal Jessica Micallef, akkumpanjata minn għajta  u ċapċip.

Dawk li jixtiequ jingħaqdu mas-St John Rescue Corps, se jinfetħu l-applikazzjonijiet għal dawk li jixtiequ jieħdu l-kors ta’ salvataġġ fil-marittimu. Dawk interessati jistgħu jibgħatu email fuq: join@sjrcmalta.org.

Ritratti: Matthew Tabone

Filmat: Noel Zammit

Muntaġġ: Matthias Brancaleone

Aħbarijiet relatati:

FILMAT: Tfajla ta’ 22 tmut wara li toħroġ f’salt mill-karozza

Voluntiera li jagħtu qalbhom biex isalvaw lill-ħaddieħor – St John Rescue Corps