Internazzjonali

Sirja: Ikomplu l-bumbardamenti qawwija ftit ‘il barra mill-belt ta’ Damasku

Il-forzi armati Sirjani komplew bis-sensiela ta’ attakki fuq iż-żoni okkupati mir-ribelli fin-naħa tal-Lvant tal-belt ta’ Ghouta, wara li diskussjonijiet biex jieqfu l-attakki fallew.

Skont Kelliem Sirjan għad-Drittijiet Umani, bumbardament qawwi ftit ‘il barra mill-belt ta’ Damasku fis-Sirja il-Ġimgħa ħalla 40 persuna mejta, filwaqt li s-Sibt tmien ċivili oħra mietu f’attakk sussegwenti.

Flimkien ma’ dawn l-attakki mill-ajru, il-Gvern Sirjan qed jibgħat ukoll il-forzi armati biex jattakkaw din iż-żona okkupata mir-ribelli mill-art ukoll.