Ambjent Lokali

‘Tidfnuniex ħajjin’ – Residenti ta’ Pembroke kontra proġett ta’ bini ta’ 37 sular

Kunsilli Lokali, organizzazzjonijiet mhux governattivi, u residenti f’Pembroke ingħaqdu flimkien kontra proġett ta’ torri ta’ 37 sular u resort hotel ta’ 19-il sular ġewwa Pembroke.

Wara li fit-2 ta’ Marzu saret laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika, fejn kien hemm 200 ruħ preżenti, is-Sibt filgħodu saret konferenza stampa fejn numru ta’ residenti sostnew in-numri ta’ żvantaġġi li se jesperjenzaw la darba jibda dan il-proġett.

Fil-kampanja bl-isem ta’ ‘Tidfnunix Ħajjin’, ir-residenti qalu li dan il-proġett se jkun qed jidfen 12-il blokka bini ta’ akkomodazzjoni soċjali filwaqt li kif jitlesta dan il-prohttps://youtu.be/Jl66zvubJnUġett, se tonqos b’mod sostanzjali x-xemx diretta fuq dan l-istess bini.

Barra dan, se jkun qed jiżdied it-traffiku matul il-proġett hekk kif se jkun hemm madwar 50 vjaġġ ta’ trakkijiet kuljum. Wara li jitlesta l-proġett, li mistenni li jieħu madwar tliet snin, se jkun hemm madwar 7,500 vjaġġi bil-karozzi kuljum iktar minn dawk attwali. Dan se jkun qed jiġġerena ukoll mat-360 elf tunellata fi skart ta’ kostruzzjoni.

Matul ix-xogħol ta’ kostruzzjoni, ir-residenti sostnew li se jkun hemm trab fin li mhux biss se jkun qed iħalli effett ħażin fuq l-ambjent minħabba li se jitniġġeż il-baħar li huwa mħares min-Natura 2000, iżda wkoll is-saħħa tan-nies.

Wieħed mill-kelliema semma l-inorija li filwaqt li se tkun qed tiġi msebħa l-bajja, se jinbena bini esseġerat fl-iktar parti għolja tal-inħawi.

Waħda mir-residenti qalet bil-bżonn li jispiċċa l-egoiżmu u bini sfrenat għal ġid tal-komun u mhux tal-but ta’ ftit individwi. Żiedet tgħid li n-nies għandhom bżonn arja nadifa, b’mod speċjali dawk in-nies li jbatu minn xi kundizzjonijiet, bħall-asma.

Tifel residenti faċċata l-ITS kien wieħed mill-kelliema fejn staqsa:

“Dan huwa l-ambjent li se tħallulna?”

Fiż-żmien li ġej mistenni li jinfetaħ il-perjodu ta’ oġġezzjoni quddiem l-awtorità tal-ippjanar, fejn dawk preżenti qed jittamaw li jinstema’ l-interess tar-residenti.

Dan hekk kif komplew isostnu li qed jiġi injorat l-interess tar-residenti u tal-ambjent biex ikun hemm qligħ ta’ ftit individwi.