Iż-żjarat tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, fl-ibliet u l-irħula tagħna ssuktaw meta ngħaqad mal-poplu Mġarri fil-Festa tal-Frawli.
Adrian Delia ntlaqa’ u ddawwar mill-organizzaturi tal-Festa tul il-Pjazza tal-Imġarr u t-triq ta’ quddiem il-Knisja fejn kellu l-opportunità jiltaqa’ mal-bejjiegħa differenti ta’ ikel u xorb abbinat mal-frawli.
Spikkaw l-inkontri tiegħu mal-mijiet ta’ familji, partikolarment mat-tfal u ż-żgħażagħ li talbuh jieħu ritratt magħhom. Iltaqa’ ukoll mar-raħħala Mġarrin li kienu qed ibiegħu l-frawli fejn fehem aħjar l-isfidi li jiltaqgħu magħhom dawn in-nies fuq il-lant tax-xogħol.
Adrian Delia ngħata merħba sabiħa minn dawk miġbura fil-Każin tal-Partit Nazzjonalista, partikolarment minn xi emigranti Mġarrin li nzertaw Malta għal din il-Festa.
It-12-il edizzjoni tal-attività, li ġibdet eluf ta’ nies ġewwa r-raħal, ġiet organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Imġarr flimkien mal-Kummissjoni Lejla Mġarrija.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni ferrħilhom tal-organizzazzjoni tal-Festa, li ġiet deskritta mill-organizzaturi bħala rekord fl-attendenza.
//= $special ?>