Lokali

FILMAT: Emma Muscat tirbaħ il-qlub tal-pubbliku u l-ġurija fl-ewwel episodju tas-serale

Emma Muscat għadha fit-taqtieha flimkien mat-tim tal-bojod, għall-kompetizzjoni segwita minn miljuni ta’ persuni ta’ Amici di Maria de Filippi hekk kif bla ebda dubju rebħet il-qlub tal-ġurija u tal-pubbliku.

Fl-ewwel episodju tas-serale – il-kantanta Maltija kellha żewġ prestazzjonijiet impekkabbli fejn kantant flimkien ma’ artista ta’ fama mondjali f’kompetizzjoni diretta mat-tim tal-blu.

Emma ġiet magħżula flimkin ma’ żewġ studenti oħra minn Alice Merton sabiex tkanta magħha l-kanzunetta ċelebri ‘No Roots’ b’interpretazzjoni min-naħa tal-Maltija li niżlet għasel ma’ kulhadd. Il-membri tal-ġurija, fosthom il-preżentatriċi Simona Ventura faħħru lill-Maltija fejn ddeskrivewha bħala tfajla mill-isbaħ, enerġetika u saħansitra perfetta.

Dan kollu sabiex sussegwentament Emma trijonfat fit-televoting kontra l-kantanta tat-tim il-blu Carmen, hekk kif kisbet 55% tal-voti.