Persuna mietet u 4 membri tas-salvataġġ ittieħdu l-isptar meta żviluppa nar fil-50 sular ta’ Trump Tower fi New York.
Il-vittma kien jgħix fit-torri u miet kawża tad-dħaħen.
Fortunament in-nar ma komplix jinfirex u kien kontrollat wara ftit ħin.
Il-President Amerikan Donald Trump għandu waħda mir-residenzi tiegħu f’dan il-bini.




