Lokali

Riħ qawwi jikkawża diversi ħsarat

Ir-riħ qawwi li qed jaħkem il-gżejjer Maltin qed iħalli diversi ħsarat kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Fost oħrajn inqaleb ħajt u anke tqaċċtu diversi siġar. Anke s-servizz tal-Gozo Channel ġie sospiż.

Fi twissija l-Uffiċju Meterjoloġiku qal li ir-riħ mix-Xlokk ser ikun qawwi fuq l-inħawi fejn jaqbel tal-Gżejjer Maltin. Din it-twissija tibqa’ fis-seħħ sal-ħamsa ta’ filgħodu.

F’diversi postijiet inqatgħet ukoll il-provista tal-elettriku.