Futbol Sport

Sliema jiksbu punt fl-aħħar minuta

Mario Fontanella jagħmel l-iskor 2-1 favur Floriana (Ritratt: Joseph Galea)
Floriana jitilfu ċ-ċans li jilħqu lil Birkirkara fir-raba' post

Rapport: George Cassar

SLIEMA W……………..2

FLORIANA…………….2

Sliema: G. Zammit, J. Mintoff, N. Ashong, K. Shaw (K. Amehi 46’), S. Biancardi. F. Qeros (R. Spiteri 76’), E. Agius, M. Muchardi, M. Sansone, R. Correa (P. Xuereb 76’), F. Temile

Floriana: I. Akpan, A. Cini, J. Pisani, E. Pepe, E. Ruiz, S. Nayar, E. Marcelina, S. Pisani, M. Vella, M. Fontanella, J. Cabral

Skorjaw: J. Cabral 14’ (F), M. Sansone 32’ (S), M. Fontanella 44’ (F), E. Agius 89’ (F)

Imwissija: M. Fontanella 2’, S. Nayar 35’ (F), E. Agius 70’ (S), S. Pisani 82’ (F), N. Ashong  90’ (S)

Referee: Sandro Spiteri

Assistenti Referees: Edward Spiteri, Thomas Debono

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Mario Fontanella (Floriana)

Gowl fl-aħħar minuta ta punt lil Sliema Wanderers u caħħad tnejn lil Floriana. B’dan ir-riżultat issa Floriana qegħdin sitt punti bogħod mit-tim tat-tielet post Gżira United u issa t-tamiet tagħhom li jilagħbu fl-Europa League naqsu drastikament.

Tlieta mill-erba’ gowls tal-partita ġew fl-ewwel taqsima u kollha waslu minn żbalji gravi fid-difiża. Floriana kienu aħjar fl-ewwel taqsima iżda majnaw lejn tmiem il-partita bi Sliema japprofittaw minn dan kollu u skorjaw il-gowl li evitalhom telfa.

Floriana skorjaw wara kważi kwarta logħob. Kien hemm nuqqas ta’ ftehim bejn il-gowlkiper Glenn Zammit u d-difensur Kurt Shaw li ħabtu ġo xulxin, bil-ballun jibqa’ għaddej. Juninho CABRAL kompla segwa l-azzjoni, evita lil Stefano Biancardi qabel ma tefa’ f’lasta vojta.

Sliema skorjaw il-gowl tal-parità minn żball ieħor. Il-gowlkiper Ini Akpan ta xutt qasir. Il-ballun spiċċa għand Riccardo Correa li mix-xellug ta fil-baxx lejn  Michele SANSONE li kompla għal ġox-xibka għat-tieni gowl staġjonali għalih.

Madankollu Floriana għalqu l-ewwel taqsima fil-vantaġġ. Minn kross ta’ Juninho Cabral, Sebastian Nayar kompla bir-ras lejn il-lasta b’Mario FONTANELLA jaħrab mill-markatura ta’ Kurt Shaw, jidħol qalb id-difiża Slimiża u jiskorja l-gowl tal-vantaġġ.

Fit-tieni nofs tat-tieni taqsima l-Wanderers daħlu iktar fil-logħba. Minn azzjoni ta’ Frenci Qeros, kien Alex Cini li tajjar minn fuq il-linja u tefa’ f’korner.

Minuta qabel skorra l-ħin Sliema rnexxielhom jiskurjaw it-tieni gowl tagħhom. John Mintoff  bena azzjoni tajba minn mal-lemin u ta għan-nofs lejn Edmond AGIUS li skorja b’titjira sabiħa bir-ras.

B’dan il-punt ma gawda ħadd miż-żewġ timijiet li l-ġimgħa d-dieħla għandhom konfronti diffiċli hekk kif Sliema jaffaċċjaw lil Gżira United filwaqt li Floriana jilagħbu kontra l-ġirien Valletta.