Qed jipprova jkun stabbilit x’ġara eżattament f’Douma, l-aħħar belt fil-Lvant ta’ Ghouta li għadha f’idejn ir-ribelli. Dan wara li madwar 100 persuna tilfu ħajjithom f’dak li jidher kien attakk b’armi kimiċi.
Il-Gvern Sirjan u dak Russu qed jiċħdu li użaw l-armi kimiċi.
Many dead, including women and children, in mindless CHEMICAL attack in Syria. Area of atrocity is in lockdown and encircled by Syrian Army, making it completely inaccessible to outside world. President Putin, Russia and Iran are responsible for backing Animal Assad. Big price…
— Donald J. Trump (@realDonaldTrump) April 8, 2018
Min-naħa tiegħu, il-President Amerikan Donald Trump wissa li xi ħadd kien se jħallas prezz qares għal dan l-attakk. Ir-Renju Unit sejjaħ għal inkjesta urġenti dwar dak li ġara filwaqt li l-Papa Franġisku qal li ma kien hemm xejn li seta’ jiġġustifika l-użu tal-armi kimiċi.
….to pay. Open area immediately for medical help and verification. Another humanitarian disaster for no reason whatsoever. SICK!
— Donald J. Trump (@realDonaldTrump) April 8, 2018
Ħaddiema umanitarji f’Douma s’issa kkonfermaw il-mewt ta’ 70 persuna f’dan l-attakk imma kien hemm sorsi oħra li kienu qed jindikaw li l-vittmi mistennija jmissu l-100 persuna.


