Lokali

Tfajla taħt l-età titfa’ żagħżugħ f’baħar ta’ inkwiet

Sirjan ta' 21 sena ma kienx jaf li t-tfajla li kellu x'jaqsam magħha kienet minorenni

Żagħżugħ Sirjan ta’ 21 sena ingħata l-libertà kondizzjonata bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fil-perjodu ta’ 3 snin wara li ġie akkużat li kellu x’jaqsam sesswalment ma’ tfajla Ġermaniża li kienet minorenni.

Filwaqt li r-rapport daħal lill-Pulizija wara li t-tfajla tkelmet ma’ sħabha – ġie nnotat li t-tfajla ltaqgħet mas-Sirjan f’post tad-divertiment f’Paceville, fejn lanqas biss suppost kienet hemm.

Għaldaqstant kemm id-difiża kif ukoll il-prosekuzzjoni insistew li l-barrani ma kellux jingħata sentenza ta’ priġunerija l-għaliex l-istatura tal-vittma qarqet bih għax tidher akbar milli hi kif ukoll jidher li l-fatt kien konsenswali.