Lokali

Tim mediku tal-ambulanzi fil-bżonn tal-pumpiera wara li qabdet friġġ

Ritratt mill-akivji

Illum waranofsinhar seħħ inċident kemmxejn mhux tas-soltu fl-inħawi taċ-Ċirkewwa.

Dan hekk kif friġġ abbord ambulanza għal xi raġuni mhux magħrufa spiċċat nħakmet min-nirien. Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex ikkontrollaw in-nirien li kienu ser jaqbdu jaħkmu lill-ambulanza.

Kelliema għall-Pulizija li tkellmu ma’ din il-kamra tal-aħbarijiet spjegaw li fortuntament ħadd ma ndarab fl-inċident.