Lokali

Twissija ta’ riħ qawwi għal matul il-ġurnata tal-lum

Il-ġurnata tal-lum mistennija tkun ikkaratterizzata minn riħ qawwi. Tbassir maħrug mill-Uffiċċju Meterjoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta wera li l-gżejjer Maltin ser jinħakmu minn riħ qawwi.

Dan hekk kif ir-riħ mix-Xlokk Lvant, li aktar tard jdur mix-Xlokk, ser ikun qawwi fuq l-inħawi fejn jaqbel tal-Gżejjer Maltin – bl-irwiefen ilaħqu l-Forza 6 f’xi waqtiet fejn jaqbel.

Din it-twissija mistennija tibqa’ fis-seħħ sa 22.00 u mhux eskluż li tiġi mġedda.