Żagħżugħ Brittaniku ta’ 16-il sena ġie salvat iktar kmieni waranofsinhar fil-bajja t’Imġarr ix-Xini, Għawdex, f’operazzjoni ta’ salvataġġ b’ħelikopter tal-Forzi Armati.
Jidher li ż-żagħżugħ kien miexi fuq il-blat, waqa’ u weġġa mhux gravi. Il-Brittaniku ġie evakwat miż-żona u ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza għall-kura.
//= $special ?>