Lokali

Żagħżugħ ta’ 18-il sena jinżamm arrestat wara sejba droga

Żagħżugħ ta’ 18-il sena mill-Belt Valletta nżamm taħt arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat fost oħrajn bil-pussess tad-droga u li huwa riċediv.

Dan hekk kif matul il-ġurnata tal-bieraħ, il-Pulizija sabet mill-anqas 10 kilogrammi ħaxixa u ammont ta’ grammi ta’ kannabis u eroina fir-residenza tiegħu.

Filwaqt li l-Pulizija sostnew li ż-żagħżugħ ammetta magħhom li d-droga kienet tiegħu u li kienet lesta sabiex tinbiegħ huwa ma żvelax mingħand min ġab id-droga.

Madanakollu huwa ma ammettiex l-akkużi miġjuba kontrih.

Filwaqt li d-difiża ma talbitx il-ħelsien mill-arrest, il-Maġistrat Joe Mifsud laqa’ t-talba tal-prosekuzzjoni biex l-assi taż-żagħżugħ ikunu ffriżati.

Żagħżugħ arrestat wara sejba droga fil-Belt