Lokali Saħħa

50 persuna feruti; 4 f’kundizzjoni kritika, fosthom żewġt itfal

It-tfal li weġġgħu huma Ingliżi li għandhom 6 u 8 snin

Ingliżi, Kanadiżi u Amerikani huma fost il-persuni li weġġgħu fl-inċident ikrah tat-Tnejn wara nofsinhar fiż-Żurrieq.

Apparti iż-żewġ vittmi, Net News jista’ jikkonferma li hemm 4 f’kundizzjoni kritika.

B’kollox kienu 31 dawk li ttieħdu l-isptar Mater Dei għall-kura. 19 oħra ittieħdu fil-poliklinika ta’ Raħal Ġdid.

Is-sewwieq ittieħed l-isptar u jinsab f’kundizzjoni tajba.

Is-sitt persuni li ttieħdu l-isptar Mater Dei għall-aktar kura ġew identifikati bħala 3 Ingliżi – żewġ subien ta’ 6 u 8 snin u raġel ta’ 44 sena, Ġermaniża ta’ 31 sena, anzjana Taljana ta’ 72 sena u raġel ta’ 35 sena li n-nazzjonalita’ tiegħu għadha ma ġietx stabbilita’.

Dawn is-sitt persuna ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi gravi.