It-titjira tal-Air Malta KM633, li kienet skedata li tidħol Malta fl-4.15pm tal-bieraħ, waslet 11-il siegħa wara l-ħin skedat għall-ħabta tat-3.05 ta’ filgħodu. Dan wara li l-ajruplan ma setax jitlaq mill-Ajruport ta’ Palermo minħabba ħruġ ta’ fjuwil mill-ajruplan.
Għalkemm l-ittardjar ġab miegħu frustrazzjoni għal diversi passiġġieri, oħrajn ħadu l-opportunita’ biex jaraw kif se jqattgħu l-ħin b’mod divertenti. Mhux fuq it-telefown ċellulari, imma jiżfnu fl-ajruport.
Dawn li qed taraw fil-filmat huma Anna Armato u Mariele Chiara – studenti Sqallin illi għamlu dan il-filmat ħelu sakemm stennew li jsir il-ħin.
Iż-żewġ żgħażagħ kienu fi triqithom lura lejn Malta fejn huma jistudjaw iż-żfin.
Intant, kawża tal-ħruġ tal-fjuwil, l-ajruport ta’ Palermo ngħalaq għal madwar nofs siegħa minħabba s-sigurtà tal-istess ajruport iżda tul dan il-ħin, il-passiġġieri nżammu fuq l-ajruplan tal-Air Malta jistennew.
//= $special ?>