Futbol Sport

FILMAT: Gowl tal-gowlkiper fit-93 minuta jagħti rebħa lil Melita

Rebħa importanti għal Melita fl-Ewwel Diviżjoni, li lbieraħ għelbu 2-1 lil Qrendi F.C. b’gowl partikolari hekk kif ġie skurjat mill-goalkeeper tagħhom, fit-93 minuta.

Melita dehru kważi rassenjati u meta kollox deher mitluf għalihom, minn azzjoni ta’ free-kick kien il-gowlkiper NICHOLAS GRIMA li bir-ras sab ir-rokna tax-xibka għal skor finali ta’ 2-1.

Kienu Melita li fetħu l-iskor ta’ din il-logħba, hekk kif wara seba’ minuti  Miguel Galea qassam tajjeb mix-xellug lejn ALAN BORG OLIVIER li b’daqqa ta’ ras preċiża sab ir-rokna tax-xibka.

Minkejja li kienu bi plejer inqas  għaliex tkeċċielhom il-goalkeeper iktar kmieni, f’attakk iżolat Qrendi kisbu l-gowl tad-draw fl-74 minuta meta l-attakkant veteran KENNETH ABELA għeleb lil Grima b’daqqa ta’ ras mill-viċin.

Madankollu dan il-gowl ta’ Grima ta tliet punti importanti lil Melita: