Fis-sena 2016, Malta tat iċ-ċittadinanza Ewropea lil 1,495 persuna – bil-maġġoranza l-kbira huma persuni ġejjin mir-Russja.
Skont din l-istatistika maħruġa mill-Uffiċju Ewropew tal-Istatistika, Eurostat, sar magħruf li bejn is-sena 2015 u s-sena 2016 – kien hemm żieda sostanzjali ta’ għoti taċ-ċittadinanza lil persuni ġejjin minn barra mill-Unjoni Ewropea. Din iż-żieda drastika rreġistrata fl-2016 kienet ta’ 131% fuq is-sena ta’ qabel (it-tielet l-għola żieda fl-Unjoni Ewropea kollha) fejn minn 646 persuna fl-2015, fl-2016 iċ-ċittadinanza Ewropea minn Malta ngħatat lil 1,495 persuna.
Estratt maħruġ mill-Eurostat:
Filfatt, terz tal-persuni li ngħataw iċ-ċittadinanza Ewropea minn Malta ġejjin mir-Russja, 8.4% ġejjin mir-Renju Unit, filwaqt li 5.2% ġejjin mis-Arabja Sawdija.
Dan jikkuntrasta mal-bqija tal-Ewropea, hekk kif l-għola tliet pajjiżi li minnhom ġejjin persuni li ħadu ċ-ċittadinanza Ewropea huma Marrokini, Albaniżi u Indjani rispettivament. B’kollox fis-sena 2016, ftit inqas minn miljun persuna kisbu ċ-ċittadinanza Ewropea.
Ara parti mit-tabella maħruġa mill-Eurostat:
Aqra aktar aħbarijiet:
//= $special ?>Il-passaporti li qed jinxtraw minn “Russi, biljunarji Ċiniżi u traffikanti ta’ droga”