Futbol Sport

Futbol: Fabio Capello jirtira mill-kowċing

Fabio Capello

Il-kowċ Taljan Fabio Capello li għandu 71 sena ħabbar li mhux se jibqa’ jaħdem bħala kowċ u b’hekk se jirtira. Ġimagħtejn ilu Capello tkeċċa minn kowċ tal-klabb Ċiniż ta’ Jiangsu Suning u dakinhar mal-ewwel kienu bdew spekulazzjonijiet li dan jista’ jibda jmexxi lit-tim nazzjonali Taljan li attwalment qed jitmexxa, b’mod temporanju, minn Luigi Di Biagio.

Madankollu f’kummenti li ta Capello fuq stazzjon televiżiv Taljan qal li l-esperjenza tiegħu ma’ Jiangsu Suning kienet l-aħħar waħda tiegħu bħala kowċ.

Capello kien ilu madwar 30 sena jaħdem bħala kowċ u matul il-karriera glorjuża tiegħu rebaħ ma’ timijiet bħal ma huma Milan, Juventus, Real Madrid u Roma.

Hu mexxa anke lit-timijiet nazzjonali tal-Ingilterra u r-Russja.

Torres se jħalli lil Atletico Madrid
L-attakkant Spanjol Fernando Torres se jħalli lil Atletico Madrid la darba jintemmlu l-kuntratt fi tmiem dan l-istaġun. Torres jinsab waqt it-tieni esperjenza tiegħu ma’ Atletico u m’għadx għandu post regolari mat-tim.