Tliet snin qabel ma jorganizzaw it-Tazza tad-Dinja, l-Qatar se jikkompetu fil-Copa America.
Il-Qatar hu mistenni jieħu sehem f’din il-kompetizzjoni matul is-sena li ġejja u se jkun qed jilgħab kontra timijiet bħal ma huma l-Brażil u l-Arġentina.
Fl-edizzjoni tal-Copa America tal-2016 se jieħdu sehem 16-il tim u l-Qatar se jkun wieħed minn sitt timijiet invitati biex jieħdu sehem f’din il-kompetizzjoni.
It-turnament se jsir fil-Brażil u din se tkun l-ewwel darba li l-Qatar se jilgħab kontra avversarji bħal ma huma l-Brażil u l-Arġentina.
Għall-bidu kien hemm rapporti li l-Portugall u Spanja wkoll kienu se jkunu invitati imma issa n-nazzjonijiet invitati se jkunu ġejjin mill-Asja u mill-Amerika Ċentrali.
Sa issa l-uniku tim Asjatiku li qatt ħa sehem fil-Copa America hu dak tal-Ġappun li kien ħa sehem fl-edizzjoni tal-1999. Ta’ min jinnota li fil-passat Spanja u ċ-Ċina kienu invitati biex jieħdu sehem fil-Copa America imma dawn kienu rrifjutaw.
//= $special ?>