It-Tlieta l-eksplejer internazzjonali Norveġiz, John Arne Riise li fil-passat kien jilgħab ma’ klabbs rinomati bħal Monaco, Liverpool, Roma u Fulham fost oħrajn, se jkun qed jitħarreġ ma’ Valletta fl-4pm fis-Centenary Stadium.
Din l-inizjattiva se tkun possibbli grazzi għal kollaborazzjoni ta’ Valletta FC mal-kumpannija tal-Betting u l-Gaming, Betsson Group.
Matul il-karriera tiegħu hu lagħab fir-rwol ta’ difensur fuq ix-xellug u kien magħruf l-aktar għall-istamina u s-saħħa fix-xutt tiegħu.
Aktar minn hekk Riise jibqa’ mfakkar l-aktar għall-free-kicks perikolużi u b’saħħithom. Meta kien ma’ Liverpool, Riise lagħab ukoll bħala midfielder fuq ix-xellug.
//= $special ?>