Lokali

Gvern ostili lejn il-ġurnaliżmu – Awturi

Awturi fi stqarrija qalu li jinnotaw li l-Gvern jidher li ser jgħin l-għedewwa tal-ġurnaliżmu ħieles u l-ġurnaliżmu investigattiv, billi jopponi proviżjonijiet kontra l-iSLAPP bħala parti mill-Liġi fuq il-Midja u d-Difamazzjoni.

Mingħajr il-miżuri kontra l-iSLAPP, li huma essenzjali għall-protezzjoni tal-ġurnaliżmu f’dan il-pajjiż, l-Abozz il-ġdid lanqas jiswa mqar il-karta fejn jinsab miktub. L-Abozz mingħajr dal-miżuri ma jipproteġix lil Maltin attakkati minn interessi partikolari, per eżempju Henley and Partners u Pilatus Bank. Mingħajr dal-miżuri, l-Abozz huwa eżerċizzju fil-PR mingħajr sustanza.

L-istqarrija kompliet li fil-kuntrarju għal spin li jingħad minn xi wħud, l-ispirtu u l-liġi tal-Unjoni Ewropea jirriflettu l-bżonn għal miżuri kontra SLAPP. Li jitneħħew dal-miżuri huwa affront u insult għas-sħubija ta’ Malta fl-UE.

Awturi jistieden il-membri kollha fil-Kamra tar-Rappreżentanti biex jivvutaw favur miżuri kontra l-iSLAPP. Li tagħti sapport għal dawn il-miżuri juri l-valuri tat-trasparenza, onestà u rispett għall-ġurnaliżmu u għad-dritt taċ-ċittadin Malti li jkun infurmat. Li topponi dawn il-miżuri tfisser li taħdem għal Malta iktar insulari, iktar vulnerabbli, u inqas infurmata.

Aqra aktar;

Il-Gvern illejla jopponi għal proviżjonijiet kontra l-iSLAPP