Il-gvern oppona proviżjonijiet kontra SLAPP bħala parti mill-Liġi fuq il-Midja u d-Difamazzjoni.
Il-Ministru Owen Bonnici argumenta li t-tibdil fl-emendi tal-anti-SLAPP ma jistgħux isiru ma jistawx jiġu fil-prattika minħabba l-liġi tal-Midja u Difamazzjoni tal-Unjoni Ewropea.
L-iSLAPP (strategic lawsuit against public participation) tieħu kawżi li huma mfassla biex is-silenzju u l-intimidazzjoni tal-ġurnalisti, ħafna drabi jġorruhom b’kawżi f’ġurisdizzjonijiet barranin.
Fil-preżentazzjoni tal-emendi, fil-kumitat parlamentari għall-kunsiderazzjoni, Jason Azzopardi qal li l-emendi kienu mmirati biex jipproteġu lill-ġurnalisti minn kawżi barranin li jinfluwenzaw il-forum fejn tkun għalja li l-ġurnalisti jiddefendu lilhom infushom.
Huwa bħala eżempju ġab il-każ imwaqqaf minn Pilatus Bank kontra Daphne Caruana Galizia f’Akara f’Mejju li għadda, u kif ukoll azzjoni legali magħmula minn Shillings Group ibbażat fil-Gran Brittanja, f’isem Pilatus Bank, dan kien sar kontra djar tal-midja lokali f’Ottubru li għadda.
Azzopardi elenka li l-abbozz ta’ liġi li qed jiġi diskuss huwa tajjeb iżda hemm il-ħtieġa li jitjieb.
Bonnici min-naħa tiegħu qal li huwa tkellem ma’ tliet avukati, u dawn qalula li l-emendi se jkunu qed jiksru r-regoli tal-Unjoni Ewropea. Issa madanakollu Bonnici ma jsemmix li bħalissa l-Unjoni Ewropea qed tanalizza l-possibilità – anke skont it-termini legali – li tddaħħal it-tip ta’ liġi fl-anti-slap. Dan qalu wkoll l-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Frans Timmermans.
Therese Comodini Cachia min-naħa tagħha talbet lill-Gvern jirrikunsidra il-proposta tal-Oppożizzjoni, biex il-ġurnalisti Maltin jiġu protteti, u jkunu ħielsa jagħmlu xogħlom sew, li ma jibżgħux jikxfu l-korruzzjoni iżda jkunu protetti mingħajr biża ta’ xejn.
//= $special ?>