Lokali Parlament

Il-pulizija teħtieġ appoġġ fil-ġlieda kontra l-kriminalità tal-korruzzjoni fl-isport

– Il-Viċi-Kap tal-PN David Agius

Il-Viċi-Kap tal-PN David Agius sostna li l-pulizija jeħtieġ appoġġ minn diversi entitajiet biex tikkumbatti l-problema tal-kirminalità organizzata fil-korruzzjoni fl-isport.

Fil-parlament David Agius qal li l-Integrity Officer tal-MFA Franz Tabone kiteb li hawn klabbs li jgħixu minn fuq il-korruzzjoni fl-isport u sostna li l-korruzzjoni qed tikber. Hu spjega kif il-familja tiegħu għaddiet minn ċirkostanza li fiha missieru kienu għamlulu bomba mad-dar għax kien referee ġust.

Il-Viċi-Kap tal-PN kompla li l-pulizija għandhom bżonn l-appoġġ biex titwaqqaf il-korruzzjoni li titwettaq anki bl-involviment ta’ barranin li jkunu kriminali. Jeħtieġ li jkun hawn pjattaforma nazzjonali bejn il-Pulizija, l-Avukat Ġenerali u persuni involuti fl-isport biex jittieħdu l-azzjonijiet. Hu tkellem dwar il-pieni kontra l-korruzzjoni u enfażizza l-importanza li jkun hemm pieni mill-iktar ħorox fuq atleti li jkunu involuti fil-korruzzjoni fuq livell nazzjonali.

Il-Gvern għandu jirrevdi l-ftehim mal-Kumitat Olimpiku Malti li għandu €500,000 biss meta l-atleti Maltin qed jiksbu riżultati pożittivi. Jeħtieġ li jkun hawn villaġi sportivi fil-pjjiż u li jsiru miri mhux biss għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar. Il-pajjiż għandu japplikaw biex Malta tapplika biex tkun il-Belt Kaptiali Ewopreaa tal-Isport fl-2024 u biex torganizza Logħob tal-Mediterran fl-2025. Il-pajjiż għandu jiffoka fuq sport ieħor fosthom bil-bini tal-pixxina nazzjonali, fir-rugby, f’Għawdex, fl-isport tal-muturi u l-karozzi, fil-futsal u korsa taż-żwiemel tal-ogħla livell.

David Agius al li l-isport għandu jsir settur ekonomiku ġdid fil-pajjiż li jġib flimkien l-isport, l-edukazzjoni, il-media u l-investituri privati.