Lokali

RITRATTI: Il-vittmi huma Spanjola u Belġjan

Iż-żewġ persuni li tilfu ħajjithom fl-inċident tal-lum huma mara ta’ 37 ta’ nazzjonalita’ Spanjola u raġel Belġjan ta’ 62.

Dawk kollha involuti fl-inċident huma ta’ nazzjonalita’ barranija, ħlief għax-xufier u qarib tiegħu li kien abbord.

Sitt persuni li kienu fuq ix-xarabank tat-turisti ittieħdu l-isptar Mater Dei fejn erbgħa minnhom jinsabu fit-taqsima tal-kura intensiva – hekk kif fuq uħud minnhom saret operazzjoni maġġuri fuq il-parti tal-fuq tal-ġisem.

Huma sofrew ġrieħi l-aktar f’rashom, għonqhom, u spallejhom.

F’pazjent minnhom se ssir operazzjoni f’għonqu biex titneħħa għadma minn quddiem is-sinsla.

Ritratti: Matthew Tabone