Lokali

Job ieħor għal Phyllis Muscat

Informazzjoni ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern tikkonferma li l-eks Kap tat-Task Force taċ-CHOGM Phyllis Muscat issa tpoġġiet tmexxi l-Mużew tal-Arti Kontemporanja. Muscat daħlet fil-kariga l-ġdida tagħha fid-29 ta’ Marzu li għadda.

Phyllis Muscat se tkun qed tmexxi dan il-Mużew fl-Ospizio, il-Furjana. Il-ħatra tagħha bħala chairperson tal-Mużew se tkun b’effett għal mill-anqas sena.

Il-membri l-oħra tal-Bord Georgina Portelli, Claire Cassar, Francis Sultana, u Angela Attard Fenech.