Qorti

Joseph Azzopardi se jilħaq Prim Imħallef

Imħallef Joseph Azzopardi

L-Imħallef Joseph Azzopardi mistenni jinħatar Prim Imħallef hekk kif aktar tard dan ix-xahar Silvio Camilleri mistenni jirtira. L-istorja qed tkun rappurtata minn diversi sorsi, għalkemm għad m’hemm l-ebda konferma minn naħa tal-Gvern.

Azzopardi se jkun il-21 Prim Imħallef fl-istorja tal-Qrati Maltin.

L-imħallef Azzopardi jagħlaq 63 sena aktar tard dan ix-xahar. Dan ifisser li hu se jkollu ċ-ċans ta’ sentejn iservi bħala Prim Imħallef, skont ir-regoli preżenti tal-ġudikatura.