Lokali Sport

L-ewwel midalja għal Malta fil-Logħob tal-Commonwealth

It-tim Malti jiċċelebra r-rebħa f'Gold Coast
It-tim Malti tal-Lawn Bowls tan-nisa rebaħ midalja tal-Bronż

It-tim Malti tal-Lawn Bowls li bħalissa jinsab fl-Awstralja jikkompeti fil-Logħob tal-Commonwealth rebaħ midalja tal-Bronż.

F’Gold Coast fl-Awstralja, it-tim tal-Women’s Fours għelbu lill-Kanada bir-riżultat finali jkun dak ta’ 17-8. It-tim Malti kien magħmul minn Rebecca Rixon, Rosemaree Rixon, Connie-Leigh Rixon, u Sharon Callus.

B’dan ir-riżultat Malta rebaħ l-ewwel midalja tal-Bronż fil-Logħob tal-Commonwealth din is-sena, hekk kif klassifikaw fit-tielet post.