Lokali Parlament

L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta’ Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni se jitressaq nhar l-Erbgħa li ġej

L-Abbozz ta’ Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni se jiġi ppreżentat bħala l-Ewwel Qari nhar l-Erbgħa li ġej 11 ta’ April bid-diskussjoni dwar dan l-istess abbozz tibda minn nhar l-Erbgħa 18 ta’ April.

Din l-informazzjoni ħarġet waqt is-seduta tal-Kumitat Parlamentari għaxXogħol tal-Kamra li qed tiltaqa’ l-lejla.
Il-Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Parlament David Agius innota li dan se jkun ifisser li l-Oppożizzjoni se jkollha ġimgħa biss biex tiddiskuti dan l-abbozz fi ħdan il-Grupp Parlamentari qabel ma tibda d-diskussjoni.

Il-Whip tal-Oppożizzjoni d-Deputat Robert Cutajar ukoll sostna li fid-dawl tal-importanza ta’ din il-liġi, l-Oppożizzjoni għandu jkollha l-ħin kollu meħtieġ biex tistudja dan l-abbozz.