Ekonomija Lokali

John Mamo konfermat chairperson tal-MFSA

Se jidħol fit-tmexxija f'mument ta' pressjoni kbira fuq l-MFSA

Il-Professur John Mamo ġie appuntat uffiċjalment bħala chairperson tal-MFSA. Dan sa magħruf permezz ta’ stqarrija maħruġa mill-Gvern, wara laqgħa tal-Kumitat għall-Ħatriet Pubbliċi immexxi mid-deputat Edward Zammit Lewis.

Andre Psaila u Mario Borg inħatru gvernaturi fl-istess Awtorita’.

Il-Professur Mamo hu meqjus bħala espert fil-liġi kummerċjali. Fil-karriera twila tiegħu hu serva bħala direttur jew chairman ta’ diversi kumpaniji.

Mamo hu l-fundatur tad-ditta legali John Mamo & Associates, li illum hi magħrufa bħala MamoTCV.

Il-Bord immexxi mill-Professur Mamo se jkollu l-inkarigu li jaħtar Kap Eżekuttiv ġdid, li jkun qed jieħu post Joe Banister wara snin twal fit-tmun ta’ din l-awtorita’.