Exiles Jetfreight komplew jaħdmu biex isaħħu l-iskwadra tagħhom għall-Kampjonat tas-sajf li ġej hekk kif laħqu ftehim mal-veteran Michele Stellini biex jerġa’ jilgħab magħhom f’dak li se jkun it-tieni kampjonat magħhom.
Is-sena l-oħra, Stellini li għandu 34 sena, kellu staġun pożittiv ma’ Exiles fejn kien wieħed mill-pedini importanti biex Exiles evitaw l-aħħar post u kisbu rekord ta’ 14-il punt fil-Kampjonat Premier, fl-anniversarju tal-50 sena mit-twaqqif tal-klabb.
Fil-Kampjonat tax-xitwa tas-sena l-oħra, Stellini kien skorja erba’ gowls f’ħames logħbiet u erbgħa gowls fit-telfa lejn it-tmiem ta’ 13-12 kontra Sliema fin-knock-out. Fil-Kampjonat tas-sajf, Stellini skorja 14-il gowl minn 15-il logħba, biex kien it-tielet l-aqwa skorer tal-klabb wara Slobodan Nikic u Timothy Sullivan.
Stellini se jgħin żgur lil Exiles fis-sajf, li se jkollhom lill-eks plejer tagħhom Marko Cuk bħala l-kowċ, minħabba li Michele Stellini hu xellugi u għalhekk jagħti għażla oħra fuq in-naħa leminija. Hu jibqa’ magħruf l-aktar għas-snin tad-deheb li għamel ma’ Neptunes kif ukoll fit-tim nazzjonali Malti.
//= $special ?>