Ilbieraħ, tajra protetta sfat milquta minn tiri matul dan l-istaġun tal-kaċċa. Dan il-Bagħdan aħmar huwa t-tieni tajra li ġiet milquta s’issa f’dan l-istaġun tal-Kaċċa fir-Rebbiegħa. Din it-tajra tal-priża ittieħdet għand veterinarju. It-tajra ntlaqtet fi ġwinħajha, u jista’ jkun li t-tajra kienet ilha li ntlaqtet għal numru ta’ ġranet.
Fi stqarrija, BirdLife Malta qalet li l-Bagħdan Aħmar instab ilbieraħ filgħodu minn ċiklisti li fiż-żona tal-Miżieb, art li responsabbli tagħha hija l-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK).
L-istaġun ta’ din is-sena hu miftuħ biss għas-summien, fejn BirdLife Malta qalet li normalment il-kaċċa għas-summien ma jsirx fiż-żona tal-Miżieb għaliex ma tantx hu l-ambjent ideali għalihom.
Nhar il-Ġimgħa, Bagħdan Aħmar ukoll instab milqut f’Għawdex.
//= $special ?>