Id-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil talab ruling lill-Ispeaker dwar mistoqsija parlamentari li kien għamel lill-Prim Ministru biex jikkonferma jekk iċ-Chief of Staff tiegħu attendiex it-tieġ ta’ Ali Sadr, iċ-Chairman tal-Bank Pilatus.
Simon Busuttil qal li Sadr mhux persuna komuni għaliex qed jistenna proċess fil-qrati Amerikani li fih jista jeħel 125 sena ħabs. Hu wkoll iċ-Chairman ta’ Pilatus Bank; bank li ssemma’ f’kull każ ta’ ħasil ta’ flus.
Il-poplu għandu dritt ikun jaf x’rabta hemm benn il-Prim Ministru, Keith Schembri u Ali Sadr. Id-demorkazija titlob li l-Prim Ministru u Keith Schembri għandhom ikunu taħt l-iskrutinju tal-Parlament.
Il-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista Robert Cutajar talab ukoll ruling fuq domanda simili għamel id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.
//= $special ?>