Raġel ta’ 73 sena kien arrestat wara li nstab li għal dawn l-aħħar 20 sena żamm lil ibnu maqful f’gaġġa.
Yoshitane Yamasaki qal li kien għamel dan għaliex ibnu, li issa għandu 42 sena, kellu problemi mentali u xi kultant kien isir vjolenti. Il-gaġġa kien fiha metru għoli u żewġ metri wisa’ u kienet f’kamra maġenb id-dar ta’ Yamasaki fil-belt ta’ Sanda.
Kollox inkixef meta fir-residenza marru ħaddiema tas-servizzi soċjali.
Raġel Ġappuniż żamm lil ibnu f’gaġġa għal 20 sena


