Referenza qed issir għall-artiklu datat it-Tlieta, 3 ta’ April, 2018 u ppubblikat fuq is-sit ta’ NET News bit-titlu ‘Telqa totali f’basement ta’ blokka tal-Gvern f’Santa Luċija’.
Il-każ imsemmi fir-rapport imur lura għas-6 ta’ Ottubru tal-2015, meta lAwtorità tad-Djar irċeviet ilment minn wieħed mir-residenti li jgħix fl-Appartamenti 21 ta’ Settembru, fi Triq il-Prinjoli Santa Luċija. L-Awtorità tad-Djar ħadet azzjoni immedjata fuq dan l-ilment, tant li fis-27 t’Ottubru saret l-ewwel spezzjoni mill-ħaddiema tal-Awtorità.
Ġie determinat li minħabba l-fatt li l-appartamenti ta’ din il-blokka huma kollha mixtrija mir-residenti, is-sistema tad-drenaġġ hija responsabbiltà tar-residenti u għalhekk l-Awtorità tad-Djar m’għandha l-ebda dritt jew dmir li tagħmel xogħlijiet fuqhom.
Minkejja dan, l-Awtorità għamlet sensiela ta’ spezzjonijiet oħra li fost oħrajn waslu biex fis-26 ta’ Jannar, 2016, l-Awtorità għamlet it-tindif kollu neċessarju, kif jindikaw ir-ritratti mehmuża ma’ dan l-email, filwaqt li għalqet l-aċċess għallpubbliku biex dan il-basement jinżamm nadif.
Minn dakinhar l’hawn ir-residenti baqgħu m’għamlux ix-xogħlijiet neċessarji fuq is-sistema tad-drenaġġ, li hija responsabilta’ tar-residenti u mhux talAwtoritá.
//= $special ?>

