Kmieni t-Tnejn filgħodu terremot qawwi laqat il-Punent tal-Ġappun fejn saret ħsara kunsiderevoli u ħames persuni ndarbu.
Uffiċjalli qalu li t-terremot kellu l-qawwa ta’ 6.1 fuq l-Iskala Richter u l-epiċentru kien qrib il-belt ta’ Ohda, madwar 800 kilometru fil-Punent ta’ Tokjo.
Is-servizzi tal-emerġenza qalu li kien hemm diversi toroq li nqasmu u aktar minn 1,000 residenza spiċċaw mingħajr provista tal-ilma u ftit anqas kienu bla elettriku minħabba l-ħsara li kkawża t-tħeżżiż.
Ma kien hemm ebda biża ta’ tsunami.
Tħeżżiża qawwija fil-Punent tal-Ġappun


