Wara pressjoni qawwija li saret minn numru ta’ għaqdiet ambjentali, bdiewa li kellhom l-għelieqi tagħhom fiż-żona u mill-Partit Nazzjonalista, il-Gvern reġġa’ lura l-pjan tiegħu li jiżviluppa art f’Bulebel.
Il-Kumitat Parlamentari għall-Ambjent u l-Ippjanar li ltaqa’ llejla rrakkommanda li ż-żona f’Bulebel li kienet identifikata għal żvilupp issir art barra miż-żona tal-iżvilupp u li jinbeda proċess biex il-bdiewa eżistenti jiġu rikonoxxuti.
Lura f’Diċembru li għadda, il-bdiewa li kellhom l-għelieqi tagħhom fiż-żona ta’ Bulebel kienu irċevew ordni sabiex iħallu l-art f’Bulebel biex jagħmlu spazji li numru ta’ fabbriki li ried jibni l-Gvern – pjan li issa ġie mreġġa’ lura wara kritika ħarxa minn għaqdiet ambjentali u mill-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>