L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin innota li fid-diskussjoni fl-istadju tal-Kumitat dwar il-Liġi tal-Media u Defamazzjoni ma kienx hemm qbil dwar kif it-theddida tas-SLAPP tista’ titneħħa minn fuq il-media lokali.
Il-Kunsill innota l-istqarrija tal-Ministru Owen Bonnici fejn tliet esperti legali esprimew id-diffikulta li artiklu fil-liġi f’dan is-sens jista’ jkun f’kunflitt mal-Liġi Internazzjonali.
Madankollu l-Kunsill tal-IĠM iħoss li għandu jibqa’ jappella biex is-sitwazzjoni tkompli tkun studjata biex jinstab mezz kif il-liġi domestika tista’ tkun applikata biex it-theddida tas-SLAPP, li tista’ twassal għal falliment ta’ kull media lokali, tkun evitata.
//= $special ?>