“Meta jiġru inċidenti bħal dak li seħħ fiż-Żurrieq, irridu nuru li m’hemmx Gvern u Oppożizzjoni, iżda pajjiż u poplu wieħed”.
Qal dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fil-Parlament b’reazzjoni għal stqarrija Ministerjali mill-Ministru Chris Fearne.
“Meta jiġri xi ħaġa bħal din f’pajjiżna rridu nuru li aħna kapaċi nirreaġixxu bħala nazzjon, bħala pajjiż”, qal Adrian Delia fl-indirizz tiegħu.
“Meta jkun hemm traġedji li ħadd ma jkun jista’ jipprevedihom, ma naħsibx li din il-Kamra għandha tinqasam fi Gvern u Oppożizzjoni, iżda trid turi li kapaċi tirreaġixxi bħala pajjiz li jifhem is-sitwazzjonijiet, li għandu il-kompetenza u l-kapaċità li jgħin u jieħu ħsieb lil dawk li huma tiegħu u lil dawk li jiġu jżuruna”, żied jgħid.
Il-Kap tal-PN Adrian Delia temm jgħid li rridu ningħaqdu biex nagħtu xhieda li meta jiġru dawn it-tip ta’ inċidenti f’pajjiżna, ma jkunx hemm Gvern jew Oppożizzjoni, iżda poplu Malti wieħed.
Adrian Delia temm jirringrazzja lis-servizzi kollha tal-emerġenza waqt li wera solidarjetà mal-qraba ta’ dawk li tilfu ħajjithom u ta’ dawk li ndarbu fl-inċident maġġuri taż-Żurrieq.
//= $special ?>