Futbol Sport

Futbol: Il-FIFA tikkunsidra li ma tħallix aktar lill-klabbs jisilfu l-plejers

Rapporti fil-midja qed jgħidu li l-FIFA qed tikkunsidra li tneħħi darba għal dejjem is-sistema li biha klabbs jisilfu l-plejers.

Id-deċiżjoni finali dwar dan se tittieħed f’Ottubru li ġej wara li ssir laqgħa bejn il-FIFPro, li hi l-Unjoni tal-Plejers, l-ECA, l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Klabbs u l-World League Forum.

Oriġinarjament din is-sistema kienet daħlet fis-seħħ biex klabbs jisilfu plejers żgħażagħ lil-klabbs inferjuri biex dawn ikollhom aktar ċans jilagħbu futbol b’mod regolari imma f’dawn l-aħħar snin jidher li hemm xi klabbs li qed jabbużaw minn din is-sistema.

Klabbs kbar qegħdin jakkwistaw numru kbir ta’ plejers żgħażagħ u jisilfuhom biss għal skopijiet ta’ profitt jew biex jinkluduhom f’xi trasferiment kbir.