Minn nhar it-Tnejn li għadda l-MFA nediet inizjattiva oħra pożittiva u ġdida, din id-darba biex tippromovi d-disinn il-ġdid tat-trofew tal-Kampjonat Premier b’sensiela ta’ żjarat fl-iskejjel bl-isem ta’ The New BOV Premier League Trophy Tour’.
F’dawn iż-żjarat se jkunu qed jattendu plejers mill-Kampjonat Premier u se jkunu qed jakkumpanjaw it-trofew il-ġdid tal-Kampjonat.
L-ewwel żjara kienet fl-iskola Nazzjonali tal-isport f’Pembroke.
Preżenti waqt l-attivita kien hemm George Micallef, il-Kap tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport, Louis Micallef, id-Deputat Segretarju Ġenerali tal-MFA u l-plejers Andrei Agius, Cain Attard, Ryan Camiller u Paul Fenech.
L-istudenti f’dawn l-iskejjel kellhom l-opportunitá li jistaqsu d-domandi li jixtiequ lil dawn il-plejers. It-tieni żjara tal-ġimgħa se tkun illum fl-iskola San Benedittu, f’Ħal-Kirkop.
//= $special ?>