Il-video ta’ Luis Fonsi ‘Despacito’ spiċċa vittma ta’ dak li jidher attakk minn hackers fuq YouTube.
Il-filmat tal-kanzunetta kellu jitneħħa, iżda fl-istampa tal-cover kienu qed jidhru grupp irġiel lebsin maskli, bil-pistoli f’idejhom.
Il-hackers qed jużaw l-ismijiet Prosox u Kuroi’sh, u taħt il-videos kitbu “Free Palestine”.
Despacito kien għadu kif laħaq ir-rekord ta’ 5 biljun persuna li rawh fuq YouTube.
Artisti oħra affetwati kienu Shakira, Selena Gomez, Drake u Taylor Swift.
//= $special ?>