– Robert Cutajar, PN
Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar appella biex isir l-investiment meħtieġ fl-edukazzjoni favur il-valuri fl-isport.
Fil-parlament Robert Cutajar qal li l-isport iħaddan valuri importanti fosthom lill-bniedem jaċċetta telfa. Gvern Nazzjonalista kellu viżjoni għall-isport b’60 proġett f’60 xahar. Fl-2016, l-Oppożizzjoni ressqet ukoll il-liġi dwar l-obeżità. Hu appella biex il-gvern ma jibqax passiv quddiem il-korruzzjoni fil-pajjiż u ma jistax jippreżenta din il-liġi u jieqaf hemm. Il-gvern għandu jibgħat messaġġ pożittiv li qed jikkumbatti l-korruzzjoni fil-pajjiż.
Robert Cutajar qal li l-għaqdiet Maltin għandu jieħdu fondi minn proġett tal-UE li jgħin fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Il-globalzzazzjoni ma tantx għenet biex titwaqqaf il-korruzzjoni fl-isport. L-assoċjazzjonijiet sportivi għandhom isibu l-appoġġ għax il-korruzzjoni ma tinsabx biss fil-football. Fl-Ewropa hemm diversi sport ieħor li jmiss mal-kankru tal-korruzzjoni; il-football, it-tennis u l-cricket.
Id-deputat Nazzjonalista semma’ lill-player Andrè Schembri u qal li dan hu idolu li għanud jkun ta eżempju għall-isportivi żgħażagħ Maltin meta hu viċin li jkun l-ewwel atleta Malti li jirbaħ kompetizzjoni barra mill-pajjiż. Andrè Schembri hu atleta raġel fil-ground u barra l-ground, sostna Robert Cutajar.
//= $special ?>