Ħadd m’għandu jirrikorri għaż-żejt tal-kannabis mibjugħ online għaliex dan mhux legali. Hekk stqarr magħna tabib illi xtaq iżomm ruħu anonimu wara li fuq is-social media deher messaġġ minn kumpanija partikolari b’messaġġ li jaqra: “Medical cannabis oil available”.
Diversi persuni li analizzaw sew il-liġi tal-kannabis mediċinali qalulna li s-CBD jista’ jinkiseb biss bi preskrizzjoni u minn spiżerija. Għalhekk, dan il-bejgħ ta’ CBD minn fuq l-internet hu illegali.
“L-uniku CBD legali hu dak li tixtri mill-ispiżerija, b’riċetta tat-tabib, b’card apposta u bil-permess illi jiġi mingħand is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika”, qalilna l-istess tabib li tkellimna miegħu.
//= $special ?>