Wara li lbieraħ filgħaxija, l-Gvern Malti, permezz tal-Ministru Owen Bonnici, vvota kontra emenda tal-Oppożizzjoni mressqa mid-Deputat Jason Azzopardi, li kienet tinsisti biex ġurnalisti Maltin ikunu protetti kontra l-ISLAPP, issa, direttiva Ewropea dwar dan saret aktar urġenti.
Dan qalu l-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa fi stqarrija li fiha ħabbar li dalgħodu stess, hu kkomunika mal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Frans Timmermans biex jinfurmah bl-aħħar żviluppi li seħħew fil-Parlament Malti, kif ukoll biex iżid il-pressjoni tiegħu biex il-Kummissjoni Ewropea tiproponi liġi Ewropea sax-xahar id-dieħel.
Fix-xhur li għaddew, ġurnalisti Maltin spiċċaw vittmi ta’ proċeduri legali minn entitajiet bħall-Bank Pilatus u Henley & Partners, f’ġurisdizzjonijiet barra minn Malta – bħall-Istati Uniti – permezz ta’ prattiċi abbużivi u li huma ta’ theddida għall-libertà tal-media.
Ara aktar:
//= $special ?>Appell mill-IĠM biex il-Ministru jiġġieled it-theddida tal-iSLAPP